|
Il-KSU ilu konxju, li kif qalet tajjeb l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), pajjiżna għandu nuqqas ta’ staff ta’ infermiera. Prova ta’ dan in-nuqqas hu l-fatt li l-Awtoritajiet tas-Saħħa nedew kampanja mmirata speċifikament biex tattira l-interess ta’ infermiera barranin biex jaħdmu f’Malta. Għaldaqstant, il-KSU jagħraf il-validità tal-argumenti mressqa mill-MUMN rigward in-numru limitat ta’ studenti li ntlaqgħu biex isegwu l-kors tal-infermiera.
|
|
Aqra aktar...
|
|
Dawk l-istudenti/gruppi mużikali li jixtiequ jieħdu sehem fil-Freshers' Week 2010 huma mitluba biex ġentilment jikkuntattjaw lil Karl Agius fuq
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
/
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
jew +356 77309841. Din is-sejħa hi miftuħa għall-istudenti kollha tal-Università ta' Malta. |
|
Nhar l-Erbgħa, il-KSU ltaqa’ mal-Prim Ministru, mal-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina u mal-Assistent Parlamentari Franco Debono biex jiddiskutu diversi proposti u ideat li għandu. Fost is-suġġetti diskussi kien hemm l-Aġenzija tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità. Il-KSU saħaq fuq l-importanza ta’ aġenzija bħal din għal pajjiżna.
|
|
Aqra aktar...
|
|
Il-KSU hu sodisfatt bl-istatistika li ħarġet fuq ir-riżultati tal-MATSEC li turi li l-istudenti qed jieħdu dawn l-eżamijiet bis-serjetà u qed jirnexxilhom jiksbu riżultati sodisfaċenti. Il-KSU jittama li din ir-rata għolja ta' studenti li għaddew tindika żieda fl-istudenti Universitarji fis-snin li ġejjin.
|
|
Aqra aktar...
|