MT: Laqgħa Ġenerali Anwali 2020 – Notifika tal-Laqgħa

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-ogħla istituzzjoni fl-istrutturi tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Dixxiplina, se tissejjaħ nhar il-Ħamis tletin ta’ April (30) elfejn u għoxrin (2020), f’nofsinhar (12:00). Din il-laqgħa ser isseħħ b’meżż elettroniku minħabba li laqgħat fiżiċi huma projbiti skont l-Avviż Legali 101 tal-2020. Tista’ tingħaqad max-xandira diretta mill-11:30. Dawk preżenti jridu jkunu membri sħaħ tal-KSU fil-ġurnata li se titlaqqa’ l-Laqgħa Ġenerali (skont artikolu 3 tal-Istatut).

Il-laqgħa ser tixxandar fuq ‘Zoom’, aċċessibbli biss mill-profil elettroniku tal-Universita’ ta’ Malta u għal min jirreġistra biex jingħaqad mal-laqgħa. Il-formola tar-reġistrazzjoni flimkien ma’ informazzjoni teknika, struzzjonijiet u aktar dettalji jkunu disponibbli aktar ‘il quddiem permezz ta’ ittra elettronika fuq il-kont elettroniku tal-istudenti tal-Universita` ta` Malta.

Skont Artikolu 10.1. tal-imsemmi Statut, il-Laqgħa Ġenerali, fost l-oħrajn, se tittratta dan li ġej: 

  1. Ħatra tas-Sedja 
  2. Approvazzjoni tal-Aġenda 
  3. Minuti: Rapport tal-Minuti u Approvazzjoni 
  4. Rapport Annwali 
  5. Ħatra tal-Bord tad-Dixxiplina u tal-Bord tal-Appell 
  6. Ħatra tal-Awditur 
  7. Ħatra tal-Avukat 
  8. Ħatra tal-Kummisjoni Elettorali
  9. Ħatra tal-Perit
  10. Diskussjoni u Votazzjoni fuq Mozzjonijiet imressqa mill-Eżekuttiv u/jew mill-Imsieħba
  11. Nominazzjonijiet u Preżentazzjoni tal-Kandidati għall-Eżekuttiv il-Ġdid

Għall-fini tal-artikolu għaxra punt wieħed (10.1) hawn fuq imsemmi, il-Laqgħa Ġenerali se tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-kandidati għall-Eżekuttiv il-ġdid, li jridu jaslu għand is-Segretarju Ġenerali permezz ta’ ittra elettronika sa tmienja u erbgħin (48) siegħa qabel ma tibda l-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Tista’ tressaq mozzjoni permezz ta’ ittra elettronika lis-Segretarju Ġenerali sa tmienja u erbgħin (48) siegħa qabel ma tibda l-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Għall-formoli tal-applikazzjoni għafas hawn: https://www.ksu.org.mt/resources/statutory-documents/
Għal aktar informazzjoni jew għal kjarifika, ibagħat ittra elettronika lis-Segretarju Ġenerali fuq secgen@ksu.org.mt

EN: Annual General Meeting 2020 – Meeting Notice

Notice of Annual General Meeting

The Annual General Meeting, the highest institution within the University Students’ Council’s (KSU’s) structure, as approved by the Disciplinary Board, will be held on the thirtieth (30) of April two thousand and twenty (2020), at noon (12:00). This meeting will be held through online means, as a physical annual general meeting is prohibited as per Legal Notice 101 of 2020. The online transmission will be available at 11:30. Those present must be full members of KSU on the day of the AGM (as defined in Article 3 of the Statute).

The software Zoom will be used to hold KSU’s Annual General Meeting, which will only be accessible to users with a UM IT account who register to participate in the Annual General Meeting. The registration form, further details, technical information and instructions will be made available closer to the date of the Annual General Meeting in an email sent to KSU members on their University of Malta email account.

As provided under Article 10.1. of the aforementioned Statute, the General Meeting shall, among others, consider the following:

  1. Election of the Chair
  2. Approval of the Agenda
  3. Minutes: Reporting of the Minutes and Approval
  4. Annual Report
  5. Election of The Board of Discipline and of The Appeals Board
  6. Election of the Auditor
  7. Election of the Advocate
  8. Election of the Electoral Commission
  9. Election of the Architect
  10. Discussion and Voting on the Motions put forward by the Executive and/or the Partners
  11. Nomination and Presentations of the Candidates for the New Executive

With reference to Article ten point one (10.1) above, the Annual General Meeting shall receive the nominations of candidates for the new KSU Executive, which are to reach the KSU Secretary General by email forty eight (48) hours before the start of the Annual General Meeting.

You may put forward a motion by email to the Secretary General by not later than forty eight (48) hours prior to the General Meeting.

Click here to download the application forms: https://www.ksu.org.mt/resources/statutory-documents/
Should you require any clarification or further information, kindly send an email to secgen@ksu.org.mt