|
Mhux kull ħanut li joffri servizzi u prodotti għall-istudenti għandu l-magna tal-Ismart Kard. B'dan it-tip ta' xiri, tista’ tieħu flusek lura? Dażgur!
Nista’ nieħu flusi lura jekk għadni kif xtrajt oġġetti ġodda?
Dment li turi li nfaqt flusek għall-istudji tiegħek, u jkollok l-evidenza kollha u l-irċevuti neċessarji, allura iva tista’ tuża l-ismart kard biex tieħu flusek lura.
Nista’ nieħu flusi lura jekk xtrajt kotba użati?
Il-KSU jagħti l-flus lura wkoll f’każ li jinxtraw kotba użati. F’dan il-każ kull ma trid tagħmel hu li tniżżel il-Formola tal-Kotba Użati, timlieha u tiġi flimkien mal-bejjiegħ fl-uffiċċju tal-KSU bil-kotba li tkun xtrajt. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil Martina Galea qabel ma tiġi.
Kif nista’ nieħu flusi lura wara li nkun xtrajt oġġetti ġodda?
Is-Sur Mario Bugeja mill-Bord tal-Istipendji jiġi regolarment fl-uffiċċju tal-KSU biex jiġbed il-flus mill-kards tal-istudenti li jkunu xtraw oġġetti relatati mal-istudji tagħhom minn buthom. Imbagħad l-istudent/a ikollu/jkollha l-ammont imnaqqas mill-ismart kard u dan l-istess ammont j/tirċevih fl-istipendju li jkun imiss.
Kif inkun naf meta jkun ġej is-Sur Bugeja fl-uffiċċju tal-KSU?
Is-Sur Mario Bugeja jkun fl-uffiċċju tal-KSU kull nhar ta' Tlieta bejn id-9:00 u l-11:00am, mill-aħħar ġimgħa ta' Novembru.
Ikkuntattjana jew żur smgbonline.com għal aktar tagħrif.
|