Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
|
Waħda mill-aktar affarijiet importanti għal matul iż-żmien li tqatta' tistudja fl-Università, bla dubju ta' xejn hi l-post fejn se toqgħod. Ma' dan, tqum il-mistoqsija minn fejn se taqbad tibda tfittex post. U hawn fejn nidħlu aħna... L-Uffiċċju Internazzjonali tal-KSU jinsab f'kuntatt ma' sidien ta' propjetajiet li għandhom il-postijiet għall-kiri. Dawn ivarjaw minn ħostils sa appartamenti privati, kif ukoll f'akkomodazzjoni li tista' taqsamha ma' sħabek. Min-naħa l-oħra, jekk għandek akkomodazzjoni u tixtieq sieħeb/sieħba jew xi ħbieb biex jaqsmuha miegħek, tista' tirreklama l-propjetà tiegħek fis-sit tagħna. Tiddejjaqx tikkuntattja lill-Uffiċċju Internazzjonali tagħna għal aktar tagħrif fuq kif tista' tagħmel dan. |
|










