Sħab Kummerċjali
..
Sħab Oħrajn
...
| Il-Kummissjoni tal-Politika Soċjali |
|
Il-Kummissjoni tal-Politika Soċjali tal-KSU, magħrufa wkoll bħala l-KPS, tiġbor fiha l-għaqdiet studentenski kollha tal-kampus, kemm dawk li huma rikonoxxuti mis-Senat kif ukoll l-għaqdiet osservaturi. Il-KPS hi responsabbli mill-iżvilupp tal-politika soċjali għall-KSU nnifsu u għall-għaqdiet studenteski ta' natura universitarja, nazzjonali, kif ukoll internazzjonali. L-eżekuttiv tal-KSU hu marbut biex jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-KPS u m’għandux diskrezzjoni politika f’dan ir-rigward. Il-laqgħat tal-KPS jitmexxew u huma rrappreżentati fl-eżekuttiv tal-KSU mill-Kummissarju tal-Politika Soċjali li jiġi elett fil-kumitat eżekuttiv tal-KSU mill-għaqdiet studenteski, irrappreżentati mill-KPS stess. Ix-xogħol amministrattiv tal-Kummissjoni hu mmexxi mill-Kordinatur tal-Politika Soċjali li jiġi elett fil-kumitat eżekuttiv tal-KSU direttament mill-istudenti. Id-dmir ewlieni ta’ dawn iż-żewġ uffiċjali hu li jaraw li l-KSU jimplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni.
L-għan ewlieni tal-KPS hu li tabbozza u timplimenta dokumenti ta' politika għall-istudenti relatati direttament ma' ħajjithom. Eżempju ta’ dan huma d-dokument fuq is-sostenibbiltà, id-dokument fuq l-inklużjoni, id-dokument ta’ qabel il-baġit u d-dokumenti l-oħrajn skont il-ħtieġa li tinqala'. Din is-sena l-Kummissjoni qed taħdem ukoll fuq it-tfassil ta' Manwal għall-Istudenti. Il-KPS matul is-sena torganizza wkoll kampanji ta' kuxjenza, bħall-Kampanja ta' Kuxjenza dwar is-Saħħa, il-Kampanja dwar id-Drittijiet Umani u l-Kampanja dwar is-Sostenibbiltà Ambjentali. |
Politika Soċjali









