Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Il-Fond tal-Opportunitajiet għall-Istudenti - It-2ni Semestru |
| It-Tnejn, 08 ta' Frar 2010 22:00 |
|
Wara s-suċċess fin-numru tal-applikazzjonijiet fl-ewwel semestru, l-applikazzjonijiet għat-tieni semestru issa huma miftuħa u jibqgħu miftuħa sal-5 ta’ Marzu. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-KSU jew mill-ħoloq t’hawn taħt. L-għan ta’ dan il-fond hu li jgħin lill-istudenti biex jieħdu sehem f’konferenzi jew f'seminars lokali jew internazzjoni li jkunu marbuta mal-kors jew mal-qasam tal-istudju tagħhom. Il-fond jgħinhom ukoll biex ikunu jistgħu jixtru xi materjal jew apparat li jkun għali u li ma jkunux jistgħu jħallsuh mill-istipendju jew mill-ismart card tagħhom. Għal aktar informazzjoni ibgħat ittra elettronika fuq:
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
|





Il-Fond tal-Opportunitajiet għall-Istudenti hu proġett pilota mibdi mill-KSU, li jikkonsisti f’€25,000. Dan il-fond qiegħed għall-istudenti universitarji kollha u għandu l-għan li jnaqqas l-ispiża finanzjarja tal-edukazzjoni tagħhom.




