|
It-Tnejn, 01 ta' Frar 2010 21:14 |
|
Il-Programm tal-Erasmus joffri lill-istudenti universitarji l-possibbiltà li jagħmlu perjodu ta’ studju (bejn 3 xhur u 12-il xahar) f’waħda mill-400 università li huma fis-sħab mal-Università ta’ Malta u li magħhom ġie iffirmat il-ftehim bilaterali. Matul il-perjodu ta’ studju barra minn Malta, l-istudenti jirċievu ammont ta’ flus mill-Unjoni Ewropea biex jiġu mħallsa l-maġġoranza tal-ispejjeż. Il-kretti li jiġu akkwistati barra jkunu trasferiti lokalment bħala parti integrali mill-programm tal-grad tal-istudenti.
Dawk l-istudenti interessati f’dan il-programm tal-Erasmus għas-sena akkademika 2010/11 jistgħu japplikaw mit-8 ta’ Frar 2010. L-applikazzjonijiet jagħlqu fis-26 ta’ Frar 2010. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mis-sit http://www.um.edu.mt/int-eu/erasmus/outgoing.
Se jsiru żewġ sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar l-Erasmus nhar it-Tnejn 8 ta’ Frar 2010 u l-Ħamis 18 ta’ Frar 2010 fid-9.30 fis-Sala tal-KSU (ħdejn il-kantin), fl-Università ta’ Malta.
Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE, Kamra 106, Il-Bini Amministrattiv, L-Università ta’ Malta, l-Imsida - tel: 2340 2804 jew permezz ta’ ittra elettronika:
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
.

|