• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Is-Senat japprova żewġ mozzjonijiet proposti mill-KSU
Is-Sibt, 16 ta' Jannar 2010 10:55

Waqt laqgħa li saret nhar il-Ħamis 14 ta' Jannar 2010, is-Senat tal-Università approva żewġ mozzjonijiet proposti mill-KSU.

L-ewwel waħda hi fuq ir-Rapport tal-Att dwar l-Edukazzjoni. F'dan ir-rapport, il-Kummissarju tal-KSU għall-Edukazzjoni, Karl Agius, ġibed l-attenzjoni li s'issa għad hemm bordijiet akkademiċi fl-università li ma fihom l-ebda rappreżentanti tal-istudenti. Il-Kumitat tal-Validazzjoni tal-Programmi (PVC) ntgħażel għal dan l-għan.

Dan hu sottokumitat tas-Senat u ħa post is-Sottokumitat tas-Senat għall-Approvazzjoni tal-Korsijiet u tar-Regolamenti. Is-Senat issa ħatar lill-Kordinatur tal-Edukazzjoni tal-KSU u lir-Rappreżentanta tas-Senat Roberta Rizzo f'dan il-bord. Ir-Rapport fuq l-Att dwar l-Edukazzjoni  kien ippubblikat f'Settembru 2009 mill-Kummissjoni tal-Edukazzjoni u jista' jitniżżel mill-paġna tar-Riżorsi fil-portal tal-KSU. Intbagħtet ukoll kopja ta' dan ir-rapport lill-Ministru tal-Edukazzjoni.

Barra minn hekk, fil-bidu ta' Jannar, il-KSU ġibed l-attenzjoni tas-Senat li nqalgħu xi problemi marbuta mal-karti tal-eżamijiet imgħoddija. Aktar kmieni din is-sena, il-KSU kellu jneħħi l-karti tal-eżamijiet imgħoddija mill-portal elettroniku tiegħu minħabba li xi membri tal-istaff akkademiku stqarrew li dawn huma Propjetà Intellettwali tal-Università u li ma setgħux  jitqassmu. Barra minn hekk, il-KSU sar konxju wkoll li l-aċċess għal dawn il-karti kien limitat ħafna fil-każ ta' xi ċentri, fakultajiet u istituti.

Madankollu, il-KSU xorta waħda għadu jemmen li dawn huma għodda importanti għall-istudju, u għaldaqstant ħadem biex biex issir u tkun adottata politika uniformi għat-tqassim ta' dawn il-karti tal-eżamijiet imgħoddija, jew ta' karti mudell, meta l-karta tal-eżami propja ma tkunx disponibbli.  Il-KSU jemmen li dawn ir-riżorsi għandhom ikunu disponibbli għall-istudenti kollha, u mingħajr ħlas.

Is-Senat laqa' din il-proposta u permezz ta' deċiżjoni li ttieħdet fl-14 ta' Jannar, l-Università issa għandha impenn formali li l-karti tal-eżamijiet imgħoddija għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd fuq l-internet, mingħajr ħlas.

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni