• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Ir-Rapport dwar l-Eżamijiet
L-Erbgħa, 13 ta' Jannar 2010 22:12

Il-Kummissjoni tal-Edukazzjoni tal-KSU rċeviet numru ta' lmenti matul is-sena akkademika li għaddiet. Minn fost dawn l-ilmenti kollha, dawk marbuta mal-eżamijiet huma l-aktar li jdejquna. Fil-fatt, 70% tal-ilmenti kollha huma relatati mad-dati, mar-riżultati u mas-sessjonijiet supplimentari tal-eżamijiet.

Dawn ħeġġu lill-Kummissjoni tal-Edukazzjoni biex taħdem fuq rapport, ibbażat fuq l-ilmenti li waslulha, u tippreżentah lir-Rettorat. Ir-rapport, li tlesta f'Novembru, jittratta numru ta' aspetti differenti tal-assessjar li jinkludu l-piż tal-assessjar, l-orarji, l-inviġilaturi, il-pubblikazzjoni tar-riżultati u l-ikkupjar.

Madankollu l-aktar taqsima importanti tar-rapport aktarx li hi dik li tiddiskuti l-ħtieġa importanti li bejn il-Fakultajiet kollox isir b'mod anonimu. Il-Kummissjoni tal-Edukazzjoni permezz ta' dan ir-rapport ipproponiet sistema użata minn universitajiet barranin li biha l-anonimità u l-privatezza jkunu assigurati. Nikkwotaw direttament mir-rapport:

“Sistema anonima ta' assessjar tiżgura li x-xogħol tal-istudenti jitqies lil hinn mix-xogħlijiet l-oħra ta' qabel jew minn preġudizzji dwar xi student/a partikolari. Tħares ukoll is-swieq għax iżżid it-tama tal-kandidati li l-assessjar tagħhom MHUX influwenzat minn dawn il-fatturi.”

Dan ir-rapport mhux sempliċiment proposta ta' emenda għar-Regolamenti tal-Assessjar 2009 wara ħafna ħsibijiet, imma l-għan tiegħu hu li jeżamina fid-dettall fejn huma l-problemi, u fejn hemm problemi li qed ikunu mwarrba.

Nixtiequ nirrimarkaw ukoll xi punti li qed inqisuhom importanti ħafna u li jeħtieġu attenzjoni immedjata. Aktar ma jkollna sistema faċli, l-istudenti aktar ikollhom fiduċja fiha u aktar ikollna tama fl-Università. L-istudenti jmorru tajjeb l-aktar meta jkunu jafu li ħadd mhu qed jagħmlilhom xi ostaklu.

Ir-rapport jista' jitniżżel mill-paġna tar-riżorsi ta' dan is-sit. Dan hu dinamiku u se nibqgħu nsegwuh u nirreveduh wara li jintemmu l-eżamijiet ta' Jannar. Dawk l-istudenti li jkollhom xi mistoqsija jew ilment m'għandhomx jiddejqu jikkuntattjawna f' Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah .

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni