|
It-Tnejn, 04 ta' Jannar 2010 09:31 |
|
Wieħed mill-impenji tal-Kummissjoni tal-Edukazzjoni tal-KSU hu li tiżgura l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-edukazzjoni ogħla. Għal din ir-raġuni l-KSU ngħaqad mal-Università ta' Malta biex jippromwovi u jħeġġeġ lill-istudenti ħalli jieħdu sehem fil-proġett tal-Fehma Anonima dwar l-Unitajiet ta' Studju.
Minn din is-sena, l-istudenti jistgħu jagħtu l-fehma tagħhom fuq xi unità ta' studju li jkunu lestew. Dan jista' jsir billi jibagħtu ittra elettronika f'
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
bil-kodiċi tal-unità ta' studju u bit-titlu tal-unità ta' studju partikolari. Imbagħad tinġabar lista bil-kummenti u bis-suġġerimenti kollha mibgħuta u din ngħadduha lill-APQRU, it-taqsima tal-Università li tieħu ħsieb l-assigurazzjoni tal-kwalità u t-titjib u t-tisħiħ tal-korsijiet, bl-għan li tippromwovi kultura ta' impenn għall-eċċellenza fil-provvista tas-servizzi akkademiċi. Din is-sistema tinvolvi stħarriġ qasir fuq l-internet permezz tal-eSims li jsir u jinġabar wara kull semestru, meta l-unità ta' studju tal-kors, tintemm. Minbarra għadd ta' mistoqsijiet ġenerali, l-istudenti jsirulhom mistoqsijiet ukoll dwar:
- jekk id-deskrizzjoni tal-unità ta' studju fil-verità kinitx taqbel mat-twassil tagħha
- il-metodoloġija tal-lettur/i
- ir-responsabbiltà tal-lettur/i
- il-metodu tal-assessjar
- l-amministrazzjoni u r-riżorsi
L-istudenti jistgħu jagħtu wkoll il-kummenti personali tagħhom.
Is-sistema hi għalkollox anonima u l-istudenti qatt ma jintalbu d-dettalji personali tagħhom. Meta l-formola tal-istħarriġ tintbagħat, din tinġabar għall-analiżi, flimkien ma' formoli oħra tal-istess unità. Għaldaqstant hu impossibbli li xi kummenti jew tweġibiet ikunu assoċjati ma' xi student/a partikolari. Sfortunatament, ħafna studenti qed joqogħdu lura milli jieħdu sehem minħabba li jibżgħu li l-identità tagħhom tista' tinkixef u għax jibżgħu li jistgħu jkunu ppenalizzati għax ikunu tkellmu u kkritikaw. Is-sistema żgurat li d-dettalji personali tal-istudenti bl-ebda mod ma jistgħu jinkixfu.
Din il-kampanja hi waħda mill-inizjattivi meħuda mill-KSU biex:
- jara li l-ftehim kollettiv iffirmat mal-letturi jkun segwit u li dawn min-naħa tagħhom joffru servizz xieraq u tal-livell mistenni,
- jaħdem ħalli jsaħħaħ u jinforza r-responsabbiltà fost il-letturi.
|