|
Climate Change: National Responses to Global Action se jkun organizzat mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, fl-Università ta' Malta, Aula Magna, il-Belt Valletta. Dan is-simpożju se jsir fis-7 ta' Jannar 2010.
Il-Programm
9.00 am Dr Isabelle Calleja Ragonesi, Kap tad-Dipartiment, Relazzjonijiet Internazzjonali, Università ta' Malta. Introduzzjoni: L-Ambjent fir-Relazzjonijiet Internazzjonali.
9.05 am Is-Sur Michael Zammit Cutajar, l-Ambaxxatur tal-Bidla fil-Klima għal Malta It-tema tad-diskors tiegħu għad trid tkun ikkonfermata
9.25 am Prof. David Attard, id-Direttur tal-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali (IMO). “Il-pajjiżi ż-żgħar għandhom leħen dgħajjef fil-fora ambjentali internazzjonali?”
9.35 am Dr Simone Borg, Kordinatriċi tat-Taqsima tal-Liġi Ambjentali u tal-Ippjanar fil-Fakultà tal-Liġi. “Il-bidla fil-klima u l-futur tal-liġi internazzjonali” 9.45 am Prof. Lino Brigulio, id-Direttur tal-Istitut tal-Gżejjer u tal-Istati ż-Żgħar tal-Fondazzjoni tal-Istudji Internazzjonali. “Il-bidla fil-klima u l-istati tal-gżejjer iż-żgħar”.
9.55 am Diskussjoni: Il-kummenti tal-parteċipanti Is-Sa Vanya Walker-Leigh, ekonomista u ġurnalista. Attendiet disa' konferenzi tal-Ġnus Magħquda dwar il-bidla fil-klima. Tirrappreżenta lin-Nature Trust Malta fl-għaqda internazzjonali (li tiġbor 500 għaqda fiha) Climate Action Network International. 10.05 am Waqfa għall-kafè
10.40 am Diskussjoni f'panel immexxija minn Dr Carmen Sammut, Lettur fuq l-Ambjent u r-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta' Malta.
Il-Parteċipanti:
- L-On. George Pullicino, il-Ministru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, li l-portfolju tiegħu jinkludi wkoll il-bidla fil-klima u l-enerġija.
- L-On. Leo Brincat, mill-Partit Laburista, kelliem għall-kwistjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima.
- Carmel Cacopardo, mill-Alternativa Demokratika (Green Party) kelliem għall-ivilupp sostenibbli u l-gvern lokali
- Dr Chris Ciantar, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Dr Ciantar hu gradwat fl-inġinerija, u kellu karigi ta' tmexxija marbuta mal-ġestjoni tal-iskart)
- L-Inġ. Marco Cremona, idrologu u konsulent ambjentali, membru tal-Kumitat responsabbli mill-iżvilupp ta' Strateġija Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Bidla fil-Klima.
- Peter Grima, Kap Uffiċjal Tekniku tal-Enemalta, li l-portfolju tagħha jinkludi l-iġġenerar tal-elettriku u t-tqassim tiegħu, proġetti ewlenin u l-iżvilupp ta' sistemi tal-iġġenerar u t-tqassim tal-enerġija, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-UE.
- Caroline Muscat, l-Assistent Editur, The Sunday Times.
- David Spiteri Gingell, il-Kap tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima, li fassal abbozz ta' Strateġija Nazzjonali għall-Politika u Miżuri ta' Tnaqqis fl-Emissjonijiet tal-Gassijiet u tal-Gassijiet Serra.
- Dr Harry Vassallo, l-Editur tal-gazzetta ta' nhar ta' Ħadd Illum.
- Dr Karl Vella, Avukat fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
- Kummenti mill-pubbliku, bis-sehem tal-għaqdiet ambjentali mhux governattivi.
12.50 PM Ir-rapport tal-parteċipanti. Is-Sur Michael Muscat, student tal-PhD, LSE, Londra.
1.00 pm Waqfa għall-ikel
2.00 pm Sessjonijet ta' taħriġ bil-preżentazzjonijiet, immexxija minn Dr Isabelle Calleja, Sa Valentina Cassar, Dr Arsalan Alshinawi u minn Dr Carmen Sammut.
4.00 pm Konferenza diġitali bil-vidjow mal-Istati Uniti (għad trid tkun ikkonfermata)
4.30 pm Għeluq
|