• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Id-Donazzjoni tal-Milied fil-Kampus 2009
Il-Ħadd, 27 ta' Diċembru 2009 11:20

Il-Milied fil-Kampus kien organizzat mill-Università ta' Malta b'kollaborazzjoni mal-Kappella tal-Università u mal-KSU u bl-appoġġ sħiħ tad-DegreePlus u ta' għadd ta' għaqdiet studenteski.

Kien hemm ħafna attivitajiet. Dawn kienu jinkludu Servizz Ekumeniku, wirjiet minn diversi korijiet u gruppi mużikali kif ukoll il-bejgħ ta' pjanti, inbid u mince pies magħmula mill-voluntiera. L-avvenimenti kollha saru fil-kwadranglu ewlieni tal-kampus.

Il-qligħ minn dawn l-attivitajiet u minn ġabra li saret fost l-istudenti u l-istaff ammonta għal €5,100. Dawn se jkunu maqsuma ndaqs bejn id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi; Angels Home fl-Etjopja u l-Istrina.

Is-Sur Mark Debono, id-Direttur tas-Servizzi Finanzjarji tal-Università, ippreżenta ċ-ċekkijiet lil Dun Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza u lis-Sa Monica Tonna Barthet, il-fundatriċi tad-Dar tat-Tfal (Angels Home) fl-Etjopja.

Il-fondi miġbura għall-Istrina se jingħataw fis-26 ta' Diċembru.

Mix-xellug għal-lemin: Dun Martin Micallef; Is-Sur Mark Debono; Dun Andrè Zaffarese; Dun Michael Bugeja; Is-Sa Monica Tonna Barthet.

 

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni