• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Il-Jum tad-Drittijiet Umani
L-Erbgħa, 09 ta' Diċembru 2009 21:33

L-10 ta' Diċembru hu l-Jum iddedikat lid-Drittijiet Umani. Din is-sena, il-Kummissjoni tal-Politika Soċjali tal-KSU għal darb'oħra kkoordinat diversi attivitajiet organizzati mill-għaqdiet studenteski bl-għan li tippromwovi d-Drittijiet Umani. Il-Greenhouse, JEF-Malta u l-USTA se jorganizzaw numru ta' dibattiti u attivitajiet oħra biex iqajmu kuxjenza fuq din il-kwistjoni. L-istudenti huma mħeġġa biex jieħdu sehem u jgħidu l-opinjoni tagħhom f'dawn l-attivitajiet:

 

 

10.00 - 11.30 - ‘Il-Kristjanità u l-Iżlam: Id-differenza bejniethom hi daqstant naturali?’ (Fis-Sala tal-KSU) - dibattitu mtella' mill-Greenhouse
12.00 - 13.00 - 'Id-Dritt tal-Edukazzjoni' (Fis-Sala tal-KSU) - dibattitu mtella' mill-USTA
13.30 - 15.30 - 'Id-Drittijiet Umani: Dokumentarju qasir' (Fis-Sala tal-KSU) - inizjattiva tal-Greenhouse

Se jkun hemm ukoll xi attivitajiet imtellgħa minn JEF (Malta) matul il-ġurnata kollha fil-kampus.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni