• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Laqgħa mal-Ombudsman tal-Università
It-Tnejn, 30 ta' Novembru 2009 17:58

Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kummissarju tal-Edukazzjoni Karl Agius u l-Kordinatriċi tal-Edukazzjoni tal-KSU, Roberta Rizzo, iltaqgħu mal-Ombudsman tal-Università fl-uffiċċju tiegħu fil-Belt. Din kienet laqgħa pożittiva ħafna. Dejjem bl-istudenti f'moħħna, fittixna li niżviluppaw mod kif l-Ombudsman tal-Università jista' jkun aktar disponibbli fil-kampus għall-istudenti, kull meta jkollhom bżonnu jew ikun meħtieġ mill-KSU stess.

Il-Kummissjoni tal-Edukazzjoni u l-Ombudsman tal-Università qablu li dawk l-istudenti li, għal raġunijiet serji, ma jkunux jistgħu jċemplu fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-Belt, issa jistgħu jibdew jiltaqgħu miegħu fil-Kamra tal-Laqgħat tal-KSU fil-kampus stess. Hu importanti li niċċaraw li, bħala proċedura standard, hu fid-diskrezzjoni tal-Ombudsman li jisma' u jinvestiga l-ilmenti li jkunu daħlu mill-istudenti. Dawn l-ilmenti għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu bil-posta jew bil-poste. Wieħed jista' wkoll jimla l-formola apposta tal-ilmenti li tista' titniżżel mis-sit tal-Ombudsman stess (www.ombudsman.org.mt/uo). F'dan l-istess sit hemm aktar tagħrif dwar ir-rwol tal-Ombudsman tal-Università.

Il-KSU għandha materjal utli dwar l-uffiċċju u r-rwoli tal-Ombudsman tal-Università. Dan tiksbu mill-Uffiċċju tal-KSU stess. L-istess materjal jista' jitniżżel mill-portal tal-KSU, www.ksu.org.mt. Fil-portal tagħna tista' ssib ukoll ħolqa għas-sit tal-Ombudsman.

Tajjeb infakkru lill-istudenti li qabel ma dduru fuq l-Ombudsman biex tilmentaw fuq xi problema li jkollkom, l-ewwel għandkom tiddiskutu l-problema mal-awtoritajiet tal-Università stess. L-Ombudsman tal-Università għandu jissejjaħ fl-aħħar, wara li jkunu saru t-tentattivi kollha ma' min hu konċernat.

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni