Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Id-Deloitte u l-KSU Jestendu l-Kollaborazzjoni Tagħhom |
| Is-Sibt, 28 ta' Novembru 2009 19:55 |
|
Is-Sieħeb Maniġerjali tad-Deloitte, Paul Mercieca, qal li, "Id-Deloitte temmen fil-kontribut importanti tal-KSU lill-università u lil hinn minnha, u għaldaqstant il-kumpanija ddeċidiet li ġġedded il-ftehim ta' sponsorizzar tagħha għal tliet snin oħra, għat-tieni darba konsekuttiva." Carl Grech, il-President tal-KSU wera s-sodisfazzjon tal-Kunsill li d-Deloitte mill-ġdid għażlet li tiffirma dan il-ftehim mal-KSU. Qal li, "Il-KSU hi entużjasta bil-fatt li kumpanija ta' profil daqshekk għoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-awditjar, mat-taxxa u mal-pariri finanzjarji, qed tissieħeb mill-ġdid mal-KSU. L-istudenti tal-Università ta' Malta se jgawdu minn dan il-ftehim." Fost il-ħafna inizjattivi, id-Deloitte se tkun qed toffri numru ta' postijiet ta' apprentistat lill-istudenti universitarji, fi sforz biex torbot l-istudju akkademiku mat-taħriġ fil-post tax-xogħol. |





Id-Deloitte u l-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU) dan l-aħħar estendew il-kollaborazzjoni tagħhom għal tliet snin oħra. Is-servizzi tad-Deloitte, tal-Awditjar, tat-Taxxa u tal-Pariri Finanzjarji se jerġgħu jkunu promossi flimkien mal-isem tal-KSU biex l-istudenti jkollhom ambjent aħjar fil-kampus tal-università.




