• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
L-Uffiċċju Internazzjonali

L-Uffiċċju Internazzjonali tal-KSU jaħdem kemm biex jippromwovi u jiffaċilita l-mobilità tal-istudenti Maltin, kif ukoll biex jassisti l-istudenti barranin f’Malta. Barra minn hekk, l-Uffiċċju Internazzjonali jirrappreżenta l-interess tal-istudenti kollha f'livell internazzjonali, partikolarment fl-ESU (European Students Union) kif ukoll fil-MedNet (Mediterranean Network of Student Representatives).

Qed insejħu lill-isudenti kollha, lokali u internazzjonali, biex jingħaqdu magħna fil-kampanja ‘Let's Go! Where to?’ biex nagħmlu l-mobilità aktar reali.  Għandna viżjoni ta’ Istituzzjoni Edukazzjonali Ogħla (European Higher Education Area) fejn l-istudenti kif ukoll l-għalliema jaqsmu l-fruntieri mingħajr ostakli u proċeduri żejda. Irridu Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla fejn l-istudenti u l-għalliema kollha jkunu jistgħu jsiefru, minkejja l-isfond soċjo-ekonomiku, id-diżabbiltà, il-ġeneru, ir-reliġjon jew in-nazzjonalità tagħhom.

L-għan tal-kampanja hu li tinforma kemm lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema dwar il-benefiċċji tal-mobilità, filwaqt li nippromwovu t-tneħħija tal-ostakli li jxekkluha. Il-kampanja hi ma
ħsuba biex tagħti l-motivazzjoni meħtieġa lill-akkademiċi u lill-istudenti u fl-istess ħin tipprova tikkonvinċi lill-Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla u lill-gvernijiet biex jiffaċilitaw il-mobilità billi jeliminaw l-ostakli.

Din hi l-opportunità tagħna biex no
ħolqu Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla mingħajr fruntieri! Mela ffirma  l-petizzjoni għall-Mobilità tal-Istudenti u l-Akkademiċi fuq letsgocampaign.net, illum qabel għada!

Fuq nota differenti, l-Uffiċċju Internazzjonali tal-KSU dis-sena ħadem bis-sħiħ biex jagħmel il-ħajja tal-istudenti barranin aktar faċli waqt l-istudji tagħhom fl-Università tag
ħna. Minbarra li tajniehom il-Pakkett ta' Merħba li jikkonsisti f'oġġetti tal-istationery sponserjati mill-ħanut Paperclips, id-Djarju tal-KSU, informazzjoni ġenerali dwar Malta u mappa ta’ Malta – grazzi għall-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), offrejnielhom ukoll Gwida għall-Ħruġ (Living Out Guide).  Analizzajna d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti barranin meta jistudjaw barra minn pajjiżhom u ppubblikajna katalgu mimli b'informazzjoni utili għall-istudenti li jinsabu jistudjaw f’Malta, f’kollaborazzjoni mal-EUPA (European Union Programmes Agency). Din il-gwida tal-istudenti hi maqsuma fi tliet kategoriji – il-ħajja f’Malta, l-istudju f’Malta u x-xogħol f’Malta.  

Inizjattiva oħra tal-Uffiċċju Internazzjonali hi l-KSU International Benefit Card, li tagħti opportunit
à lill-istudenti barranin jirċievu skont minn diversi ħwienet prominenti madwar Malta tal-istationery, tal-ikel u tal-ħwejjeġ.

Mela
żur l-Uffiċċju tal-KSU f'Dar l-Istudenti jew ibagħtilna ittra-e bil-mistoqsijiet tiegħek f' Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah

Larkin Zahra | Francesca Scicluna

Akkomodazzjoni | Għix Malta | Servizzi Universitarji | Erasmus | Rotot tal-Linja

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni