Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Meta Tilmenta, Takkwista! |
|
Il-prijorità tagħna tal-Kummissjoni tal-Edukazzjoni hi li l-istudenti jinstemgħu. Il-Kordinatriċi tal-Edukazzjoni, Roberta Rizzo, u l-Kummissarju tal-Edukazzjoni, Angelo Micallef, qegħdin hawn biex jisimgħu, iwieġbu l-mistoqsijiet tagħkom u jgħinukom issolvu d-diffikultajiet li jista' jkollkom. Aħna nisimgħukom dejjem - hu x'inhu l-ilment - kemm jekk għandkom ilment akkademiku u kemm jekk l-ilment tagħkom ikollu x'jaqsam mas-servizzi mogħtija fl-università. Irridu nkunu l-leħen tiegħek u nittrattaw il-mistoqsija tiegħek b'urġenza. Ngħadduha lil min hu konċernat f'temp ta' ftit jiem. Dawn huma numru ta' każi meta tista' tkellimna:
Nifhmu li xi sitwazzjonijiet ikunu diffiċli għalik biex tirrapportahom wiċċ imb wiċċ magħna. Għaldaqstant minn din is-sena qed noffrulek servizz anonimu bl-internet. B'hekk tħossok aktar kunfidenti u l-identità tiegħek tkun protetta għalkollox. Jekk tippreferi li tikkuntattjana b'mod dirett, tista' dejjem iċċemplilna u tagħmel appuntament. L-indirizz elettroniku dirett tagħna hu: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah . F'każijiet fejn hemm ir-regolamenti ċari u l-ilmenti jkunu bla bażi u foloz, aħna ma nieħdu l-ebda azzjoni fuq dawk l-ilmenti. [Agħfas hawn biex tibagħtilna lment] Ċaħda: Meta tuża s-sistema anonima tal-internet aħna ma jkollniex mod kif nikkuntattjawk u għaldaqstant ma nkunux nistgħu ngħarrfuk bil-passi li jkunu ttieħdu. Fl-istess ħin tista' tiktbilna u tagħtina indirizz elettroniku (jew mezz ieħor ta' kuntatt) fejn inkunu nistgħu nikkuntattjawk lura. L-indirizz elettroniku tagħna hu: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah '; document.write( '' ); document.write( addy_text5729 ); document.write( '<\/a>' ); //--> Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah . Agħfas hawn għal aktar tagħrif dwar il-Kampanja "Meta Tilmenta, Takkwista!" |
Ilmenti Akkademiċi









