• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Il-Kummissjoni tal-Edukazzjoni

Bi qbil mal-istatut tal-KSU, din il-Kummissjoni:

  • Tagħmel abbozzi tal-politika tal-KSU marbuta mal-edukazzjoni
  • Tħaddem sistema ta' lmenti akkademiċi
  • Iżżomm relazzjoni mal-istituzzjonijiet u ma' korpi oħra b'interess akkademiku kemm fil-kampus u kemm 'il barra minnu
  • Tieħu l-inizjattiva, torganizza attivitajiet u toħloq kwalunkwe proġett ieħor li tħoss li jkun utli għall-kuntest akkademiku universitarju
  • Tassigura rappreżentazzjoni aktar attiva għall-istudenti kollha mill-oqsma akkademiċi kollha

Ir-Rappreżentanti tal-Istudenti

Ir-Rappreżentanti tal-Istudenti jirrappreżentaw l-istudenti tal-Fakultà, tal-Istitut jew taċ-Ċentru tagħhom stess. Kull fakultà, istitut jew ċentru għandu 2 rappreżentanti studenteski. Dawn jintgħażlu f'elezzjoni minn sħabhom l-istudenti tal-istess fakultà, istitut jew ċentru biex isemmgħu leħinhom fuq kwistjonijiet marbuta mal-programmi ta' studju li jwasslu għall-ewwel grad jew postgradwatorji fi ħdan il-fakultà, l-istitut jew iċ-ċentru rispettiv. Dawn iservu bħala pont ta' komunikazzjoni bejn l-istaff akkademiku u l-istudenti.

Ir-rappreżentanti tal-istudenti fis-Senat u fil-Kunsill tal-università jkunu eletti minn fost l-istudenti universitarji kollha.  Hi meħtieġa maġġoranza sempliċi biex jitilgħu fl-elezzjoni. Kull rappreżentant tal-istudenti jkollu terminu ta' sentejn.

Ir-rappreżentanti tal-istudenti jattendu għal-laqgħat tal-istaff akkademiku biex isemmgħu leħen sħabhom u jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Fl-istess laqgħat, ir-rappreżentanti tal-istudenti għandhom saħħa daqs il-membri tal-istaff u l-fehmiet tagħhom huma importanti ħafna.

X'jagħmlu r-Rappreżentanti tal-Istudenti?
  • Jiġbru l-fehmiet tal-istudenti
  • Jattendu l-Laqgħat tal-Bord tal-Fakultà/Istitut/Ċentru u jgħaddu dak li jkun ġie diskuss lil sħabhom
  • Jirrappreżentaw lil sħabhom fl-istess laqgħat billi b'konvinzjoni jsemmgħu dak li jaħsbu lill-istaff akkademiku
  • Ikunu leali lejn l-istudenti li tellgħuhom
  • Iservu ta' ħolqa bejn l-istaff akkademiku u l-istudenti sħabhom
  • Jikkollaboraw mal-KSU permezz ta' vot fil-Kummissjoni tal-Edukazzjoni
  • Jattendu l-laqgħat tal-Kummissjoni tal-Edukazzjoni tal-KSU u jipparteċipaw b'mod attiv
  • Jirreferu lill-istudenti li jkollhom bżonn l-għajnuna lejn is-servizzi tal-università maħsuba apposta għalihom
 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni