Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Ikteb Diskors tal-Gradwazzjoni |
|
Il-KSU hu responsabbli mill-għażla ta' persuna għal kull ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-ewwel grad biex tagħmel diskors f'isem dawk kollha li jkunu qed jiggradwaw magħha. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni tal-Edukazzjoni tal-KSU taħtar bord ta' 5 studenti li jieħu ħsieb il-proċess tal-għażla. Id-diskorsi għandhom jimxu mal-linji gwida li jistgħu jitniżżlu minn hawn. L-applikanti kollha għandhom jibagħtu 5 kopji stampati tad-diskors tagħhom fl-uffiċċju tal-KSU u jibagħtu kopja elettronika tiegħu lill-
Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah
sa nofsinhar tal-1 t'Ottubru 2010. |





Kunsill Studenti Universitarjiwww.ksu.org.mt
Ir-rappreżentant tal-istudentisa mill-1901
fl-Università ta' Malta
Il-gradwazzjoni hi okkażjoni speċjali li tibqa' tgħożż u tiftakar, kemm jekk tkun qed tiggradwa għall-ewwel darba u kemm jekk le. Barra minn hekk, għandek l-opportunità li tibqa' tiftakar xi ħaġa oħra - iċ-ċans li ssemma l-ħsibijiet tiegħek u ta' sħabek tal-kors f'diskors tal-gradwazzjoni waqt iċ-ċerimonja tagħkom.




