• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Carl Grech
Il-President

Kuntatt
Indirizz elettroniku: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Trid tattiva l-JavaScript biex tarah.
Telefown: +356 7906 5256

Informazzjoni:

Carl Grech hu l-President tal-KSU. Għandu 21 sena u fis-snin li għaddew kien Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (URP) u President. Hu ggradwa fl-2009 fil-Liġi u l-Filosofija.


Bħala President, Carl ħadem biex isaħħaħ l-istrutturi amministrattivi tal-KSU – ħidma li għenet biex jissaħħaħ u jkun aktar effiċjenti x-xogħol tal-Kunsill. Barra minn hekk, kien responsabbli wkoll minn għadd ta’ dokumenti politiċi speċifiċi li kienu ppubblikati mill-KSU matul l-istess sena. Dawn kienu ta’ għajnuna għall-organizzazzjoni loġistika tal-avvenimenti li saru matul l-istess sena. Amministra wkoll l-iżvilupp ta’ numru ta’ proġetti ġodda mill-KSU, ewlieni fosthom il-Fond ta’ Opportunitajiet għall-Istudenti.


Bħala URP, Carl kien responsabbli minn diversi pubblikazzjonijiet bħall-magazin @KSU u l-fuljett Kokka, kif ukoll mid-disinn tas-sit elettroniku uffiċjali tal-KSU. Ħa ħsieb ukoll diversi kuntratti korporattivi u kkordina l-pożizzjoni tal-KSU waqt l-istrajk tal-letturi universitarji li sar f’Jannar 2009.


Matul is-sena akkademika 2007/08, Carl kien il-President ta’ SIFE – L-Istudenti f’Intrapriża Ħielsa. Kien ukoll il-President tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Kulleġġ San Alwiġi matul is-sena skolastika 2004/05, wara li kien il-Viċi President tal-istess Kunsill matul is-sena ta’ qabel. Carl rebaħ il-Mini European Assembly tal-NSTS, bħala parti mid-delegazzjoni Spanjola, fl-2004/05 u akkwista wkoll il-midalja tad-deheb fl-Iskema tal-Premju tal-President, fl-2006.


Bħalissa Carl hu rappreżentant nazzjonali tal-istudenti fil-Bologna Follow Up Group (BFUG) lokali. Qed jistudja wkoll għal Dottorat fil-Liġi.


 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni