|
Il-KSU jagħmel kull mezz possibbli biex jiżgura li l-informazzjoni mogħtija f'dan is-sit tkun korretta u aġġornata. Madankollu, ma jista’ jagħti l-ebda garanzija għall-informazzjoni murija, ħlief fejn hemm miktub, f’każijiet speċifiċi.
La l-KSU u lanqas xi wieħed minn dawk li jipprovdulu s-servizzi ma jista’ jaċċetta r-responsabbiltà għal kwalunkwe telf ta' data b'mod dirett, indirett jew inċidentali (inkluż telf ta’ qligħ) jew għal danni - bl-użu ta' dan is-sit - minn virus, korruzzjoni, interruzzjoni, żball jew ħsara teknika.
Is-sit tagħna jipprovdi ħoloq għal informazzjoni minn siti elettroniċi oħra. Hekk kif tidħol f’sit ieħor (li mhux tal-KSU) int marbut bid-drittijiet privati tal-awtur tas-sit il-ġdid.
Ma tistax tagħmel ħolqa (link) għal dan is-sit minn sit ieħor mingħajr ma tieħu permess bil-miktub mingħand il-KSU minn qabel.
Tista’ tipprintja jew tniżżel il-kontenut ta’ paġna minn dan is-sit għal skop privat jew għall-użu personali, mhux kummerċjali.
Ma tistax tqassam, turi jew tikkopja xi materjal minn dan is-sit lil terzi persuni. Lanqas ma jista’ xi materjal mis-sit jintrefa’ cached jew mirrored sabiex jiġi offrut lil terzi persuni.
|