• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Francesca Scicluna
Il-Kordinatriċi Internazzjonali

Kuntatt
Indirizz elettroniku: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Trid tattiva l-JavaScript biex tarah.
Telefown: +356 7978 0008

Informazzjoni:

Francesca għandha 21 sena u bħalissa qiegħda fil-kors tal-Baċellerat fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili, professjoni li ilha tistinka għaliha minn meta kienet żgħira. Bħalissa qiegħda fit-tielet sena tal-kors. Francesca hi ambizzjuża u determinata biex titgħallem u tiskopri affarijiet ġodda, anke lil hinn mill-istudji tagħha. Ħadet sehem fl-iSCOOPS, fil-Young Enterprise, fis-Serati ta’ San Alwiġi u fl-Euroscola. Fl-Università, Francesca kienet parti mill-kumitat SACES bħala Kordinatriċi tal-Avvenimenti. Is-sehem tagħha fis-SACES għenha turi l-ħila tagħha li taħdem f’tim, b’mod speċjali meta kellhom jorganizzaw sessjoni ta’ taħriġ ta’ tlett ijiem għall-istudenti tal-arkitettura. Francesca tħobb toħroġ mal-ħbieb u dejjem tiċċajta. L-ivvjaġġar hu wieħed mill-passatempi kbar tagħha, flimkien mal-oqsma tad-disinn u l-moda.


Din is-sena ddeċidiet li taħdem fil-KSU – kunsill li minn dejjem ammirat għall-ħidma tiegħu biex jirrappreżenta l-interessi u x-xogħol tal-istudenti. Bħala Kordinatriċi Internazzjonali, tittama li tkun ta’ għajnuna kemm għall-istudenti lokali, li tixtieq li żżid iċ-ċaqliq tagħhom f’universitajiet barranin, kif ukoll għall-istudenti barranin ħalli jintegraw ruħhom aħjar fl-Università tagħna. Minbarra dan, Francesca qed taspira li tirrappreżenta lill-istudenti kollha tal-Università fi ħdan l-ESU – l-Unjoni Ewropea tal-Istudenti.


 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni