Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Karl Agius
Is-Segretarju Ġenerali

Kuntatt
Indirizz elettroniku: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Trid tattiva l-JavaScript biex tarah.
Telefown: +356 7930 9841

Informazzjoni:

Karl għandu 22 sena u qed jagħmel Masters fil-Bijoloġija. Iggradwa fl-2009 b’Baċellerat fix-Xjenza (Unuri) fil-Bijoloġija u l-Kimika. L-interessi ewlenin tiegħu huma l-isport, il-mużika, l-ambjent naturali u l-politika.


Karl jemmen li l-edukazzjoni hi proċess dinamiku li mhux limitat biss għas-swali tal-lezzjonijiet imma jħoss li l-istudenti għandhom jinvolvu ruħhom u jagħtu l-kontribut tagħhom biex iħallu università fi stat aħjar milli jkunu sabuha. Id-dedikazzjoni u l-impenn huma żewġ valuri li Karl jenfasizza fuqhom f’xogħlu.


Qabel ma daħal fl-eżekuttiv tal-KSU hu kien Segretarju Ġenerali (2006-2007) u aktar tard President tal-Għaqda tal-Istudenti tax-Xjenza għal sentejn konsekuttivi (2007-2009). Matul it-terminu tiegħu bħala President rebaħ il-premju Kokka Innovativa u ġie l-ewwel fil-Kompetizzjoni tad-Degree Plus. Karl kien responsabbli wkoll mir-riforma fl-istruttura amministrattiva ta’ din l-għaqda, li wasslitha fis-sitt post fir-Rapport tal-Allokazzjonijiet tal-Uffiċċji. Illum hu l-President Onorarju tal-istess għaqda.


Karl kien rappreżentant tal-istudenti fil-Bord tal-Fakultà tax-Xjenza għal tliet snin (2006-2009). F’Marzu 2010 kien elett bħala Rappreżentant fis-Senat.


Karl kien attiv ukoll fil-Kummissjoni tal-Edukazzjoni. Irrappreżenta lill-istudenti tax-Xjenza f’din il-Kummissjoni għal 3 snin. Matul l-aħħar sena, kien ukoll il-President tal-Kummissjoni. Għaldaqstant hu l-aktar membru li serva fil-Kummissjoni tal-Edukazzjoni mill-membri kollha attwali.


Matul is-sena li għaddiet, Karl kien membru tal-eżekuttiv tal-KSU. Bħala Kummissarju tal-Edukazzjoni ħadem fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità u ħadem kemm felaħ biex jagħmel lill-istudenti konxji mid-drittijiet tagħhom. Karl ħadem ukoll biex itejjeb il-komunikazzjoni ta’ bejn l-istudenti u l-Università fil-livell edukattiv, b’ħidma eqreb mar-rappreżentanti tal-istudenti ta’ kull fakultà. Karl kien responsabbli għad-dokumenti ta’ politika kollha ppubblikati mill-KSU fil-qasam tal-Edukazzjoni.


Bejn l-2009-2010 Karl kien rappreżentant tal-istudenti fil-Kumitat tad-Dokument tal-Istudenti, fil-Kumitat tal-Librerija, u fil-Kumitat tal-Affarijiet Studenteski. Matul l-istess sena, Karl mexxa l-Kumitat Ambjentali tal-KPS u, fost inizjattivi oħra, kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-Fiera Ambjentali tal-KSU 2010.


Fost diversi inizjattivi, bħala Segretarju Ġenerali tal-KSU, Karl se jkun qed jaħdem biex tkun organizzata l-Freshers’ Week, u biex Dar l-Istudenti kemm jista’ jkun ma tagħmilx ħsara ambjentali.


 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni