• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Angelo Micallef
Il-Kummissarju tal-Edukazzjoni

Kuntatt
Indirizz elettroniku: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Trid tattiva l-JavaScript biex tarah.
Telefown: +356 7911 0386

Informazzjoni:

Angelo Micallef kien elett bħala Kummissarju tal-Edukazzjoni mill-Kummissjoni tal-Edukazzjoni f’April 2010. Hu l-ikbar membru fl-eżekuttiv tal-KSU ta’ din is-sena. Angelo ilu involut fil-kamp studentesk u taż-żgħażagħ. Fil-Kulleġġ De La Salle, Angelo kien membru tal-kunsill tal-iskola sekondarja għal tliet snin konsekuttivi. Fl-Università sar membru tal-eżekuttiv tal-SDM u serva fil-kariga ta’ Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Matul it-terminu tiegħu għen lill-SDM fil-ħruġ tal-gazzetta ta’ kull xahar Stream. Sena wara, Angelo nħatar is-Segretarju Ġenerali tal-SDM,kariga li dam fiha 3 snin oħra.



Angelo kien ukoll Uffiċjal tal-Avvenimenti Nazzjonali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) u għaldaqstant organizza s-sessjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ ta’ Settembru 2009. Fl-istess sena tiegħu f’din il-kariga, introduċa wkoll it-tieni sessjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ li saret f’Marzu 2010. F’Diċembru 2009 Angelo flimkien ma’ grupp ta’ studenti reġa’ waqqaf il-Klabb tal-Films tal-Università ta’ Malta, wara perjodu ta’ waqfien. Sa Mejju 2010 kellu l-kariga ta’ President, fl-istess Klabb.



Angelo hu student tal-liġi tal-5 sena. Fl-ewwel tliet snin tal-kors studja l-liġi flimkien mal-lstudju Ewropew.



 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni