• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Rachel Cassar
L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

Kuntatt
Indirizz elettroniku: Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Trid tattiva l-JavaScript biex tarah.
Telefown: (+356) 7923 5440

Informazzjoni:

Rachel Cassar għandha 21 sena u hi studenta tal-M.A. fil-Kreattività u l-Innovazzjoni. Rachel hi persuna motivata u affidabbli ħafna. Għandha sfons ta’ ħidma fl-għaqdiet studenteski. Serviet bħala Kordinatriċi tal-Politika Soċjali tal-KSU matul is-sena li għaddiet, u qabel kellha diversi karigi fi ħdan l-eżekuttiv u s-sottokumitati tal-SDM. Kienet attiva wkoll fil-Chrisco, u f’diversi ċentri taż-żgħażagħ.


Fil-ħin ħieles tagħha, Rachel tħobb tagħmel dak kollu relatat mal-mużika, b’mod speċjali tkanta u tieħu sehem fi musicals, kif ukoll tieħu sehem fl-isport. Bħala Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, se tara li l-avvenimenti kollha tal-KSU jingħataw promozzjoni xierqa u li l-leħen tal-KSU jinstema’ sew minn kulħadd. Aktar importanti minn hekk, se taħdem biex tagħmel lill-istudenti konxji minn dak kollu li jkun qed jagħmel il-KSU, għax wara kollox, il-KSU hu l-kunsill tal-istudenti u dawn jixirqilhom li jkunu mgħarrfa fuq dak kollu li jkun għaddej u li jista’ jolqothom.


 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni