Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Ir-reazzjoni tal-KSU għar-riżultati tal-MATSEC u ċ-ĊES |
| It-Tlieta, 20 ta' Lulju 2010 14:22 |
|
Il-KSU nnota b’sodisfazzjon li madwar 82% tal-istudenti għaddew mill-eżami tal-Oqsma tal-Għerf. Dan hu fattur pożittiv meta mqabbel mar-rata ta' suġġetti oħra. Madankollu, l-KSU hu mħasseb li ta' kull sena l-perċentwal ta' studenti li joqogħdu għall-eżami tal-Matematika u jgħaddu, qed jibqa' baxx. Il-KSU nnota wkoll ir-rata għolja fl-istudenti li għaddew mill-eżamijiet ta' tmiem is-sekondarja (ĊES), li ħarġet ukoll fil-jiem li għaddew; 89.9% tal-istudenti kisbu riżultati tajbin. Filwaqt li jawgura lill-istudenti li kisbu r-riżultati li xtaqu, il-KSU jħeġġeġ lil dawk kollha li huma eleġibbli li jistudjaw fl-Università biex jaħtfu dan iċ-ċans u jibdew l-istudji tagħhom fil-kampus, minn fejn jistgħu jiksbu għadd ta' opportunitajiet matul is-snin tagħhom f'din l-istituzzjoni. Sabiex jgħin aktar lill-istudenti f'dan il-proċess tal-għażla tagħhom u biex jidħlu għall-kors li jixirqilhom mingħajr problemi, il-KSU organizza konvenzjoni tal-fakultajiet matul il-laqgħat li saru għall-istudenti prospettivi tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela u tal-Università. L-għan ta' din l-attività kien li l-istudenti jingħataw tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom u l-għajnuna kollha meħtieġa f'dan l-istadju tagħhom. Il-KSU jawgura wkoll ir-risq lil dawk kollha li se jkollhom xi eżami reparatorju. |





Il-KSU hu sodisfatt bl-istatistika li ħarġet fuq ir-riżultati tal-MATSEC li turi li l-istudenti qed jieħdu dawn l-eżamijiet bis-serjetà u qed jirnexxilhom jiksbu riżultati sodisfaċenti. Il-KSU jittama li din ir-rata għolja ta' studenti li għaddew tindika żieda fl-istudenti Universitarji fis-snin li ġejjin.




