• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Ir-Reazzjoni tal-KSU għall-aġġornament tas-sitwazzjoni tal-fondi tal-Programmi tat-Tagħlim Tul il-Ħajja
Is-Sibt, 26 ta' Ġunju 2010 19:58

Il-KSU jixtieq juri s-sodisfazzjon tiegħu għas-soluzzjoni temporanja li nstabet għas-sospensjoni tal-fondi għall-Programm Lifelong Learning. Bis-saħħa tal-fondi pprovduti mill-gvern, numru sabiħ ta' studenti universitarji, xorta waħda se jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-opportunità ta' studju barra minn Malta permezz tal-Programm Erasmus.

Il-KSU hu infurmat li numru ta' studenti li applikaw għall-Erasmus, illum irċivew ittra ta' konferma li ġew aċċettati biex jipproċedu bil-pjanijiet tagħhom li jsiefru biex jistudjaw, u li se jkunu qed "jingħataw sussidju ta' €300 fix-xahar għal perjodu massimu ta' 4 xhur." Il-fondi se jkunu pprovduti mill-Gvern ta' Malta u l-istituzzjonijiet Ewropej li se jkunu fihom l-istudenti Maltin, qablu li ma jitolbuhomx miżati.

Madankollu l-KSU hu mħasseb fuq il-fatt li numru sostanzjali ta' studenti (madwar 100 u 120 student) għadhom ma ġewx infurmati jekk jistgħux ikomplu bil-pjanijiet tagħhom għax għadhom bla tweġiba fuq din is-sitwazzjoni li spiċċaw fiha. Għaldaqstant il-KSU jistenna li s-sitwazzjoni ta' dawn l-istudenti tkun ittrattata wkoll b'urġenza, kif jixraq.

Minkejja li l-KSU hu sodisfatt b'dan l-isforz biex tkun solvuta din is-sitwazzjoni b'mod temporanju, jawgura li l-fondi għall-Programm Lifelong Learning kif ukoll għall-ProgrammYouth in Action jerġgħu jiġu lura għan-normal malajr kemm jista' jkun biex nevitaw li jkun hemm studenti li jkunu jixtiequ jieħdu din l-opportunità barra l-pajjiż u jkollhom jitilfuha.

 

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni