Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Issa l-waqt għal tagħlim iffukat fuq l-istudenti |
| L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2010 00:12 |
|
Matul din il-konferenza intensiva, kienu diskussi diversi suġġetti. L-aktar punt importanti li qam kien il-ħtieġa li jkun definit it-Tagħlim Iffukat fuq l-Istudenti bħala kunċett. Grupp ta' riċerka ddiskuta diversi dokumenti fuq kif inhu ttrattat dan is-suġġett madwar l-Ewropa, u tqassam ukoll stħarriġ lill-għaqdiet studenteski u lill-għaqdiet tal-għalliema. Mir-riżultati miksuba ħareġ ċar li l-ostaklu ewlieni huwa n-nuqqas ta' fondi. Madankollu, l-attitudni pożittiva tal-istudenti u tal-għaqdiet tagħhom, b'mod ġenerali, ċertament li se taħdem biex tressaq din l-idea 'l quddiem. Roberta ħadet sehem f'diversi sessjonijiet ta' taħriġ, li minnhom setgħet titgħallem il-prattiċi ta' pajjiżi oħra Ewropej kif ukoll taqsam l-esperjenza tal-Università ta' Malta mal-oħrajn. Dan kollu għandu jgħin lill-KSU biex, matul is-sena akkademika li jmiss, ikun jista' jimplimenta dawn l-ideat f'livell lokali. |





Din is-sena l-KSU daħal b'ruħu u b'ġismu għal proġett interessanti flimkien mal-ESU - European Student Union u l-EI - Education International. Dan il-proġett jismu "Time For Student Centered Learning" u jiffoka fuq il-ħtieġa ta' diskussjonijiet u dibattiti miftuħa fuq l-iżvilupp tal-metodi tat-tagħlim madwar l-Ewropa kollha. Għall-Konferenza tal-Ftuħ attendiet Roberta Rizzo, il-Kordinatriċi tal-Edukazzjoni tal-KSU. L-avveniment sar bejn l-20 u t-23 ta' Mejju fir-Rumanija.




