Sħab Kummerċjali
Sħab Oħrajn
| Il-KSU jattendi għal Laqgħa ta' Konsultazzjoni dwar l-Abbozz tal-Politika Kulturali Nazzjonali |
| L-Erbgħa, 09 ta' Ġunju 2010 14:35 |
|
Diversi kelliema minn oqsma differenti, b'mod partikolari mill-qasam teatrali u edukattiv, taw il-kummenti tagħhom fuq l-abbozz ta' din il-politika u fuq dak li jaħsbu li għandu jkun inkluż fih u enfasizzat aktar f'dan il-qasam. Il-KSU ħa l-opportunità li jressaq il-kontribut tiegħu għal dan l-Abbozz permezz ta' preżentazzjoni mogħtija matul din il-laqgħa ta' konsultazzjoni. Id-dokument tal-KSU ħadem fuqu l-kumitat apposta (ad hoc) tal-Kultura li kkonsista minn 10 studenti minn oqsma differenti tal-għaqdiet studenteski; wara li saret sejħa pubblika għal dawk interessati li jieħdu sehem. Imbagħad, xogħolhom għadda għand l-eżekuttivi tal-għaqdiet studenteski tal-kampus kollha, u wara kien approvat mill-Kummissjoni tal-Politika Soċjali. Is-suġġetti ttrattati inkludew:
Il-KSU jenfasizza wkoll l-importanza tal-ħolqien ta' skadenzi xierqa għall-implimentazzjoni ta' dan il-politika. B'hekk ikun żgurat li din issarraf tassew fi proġetti u inizjattivi konkreti. Il-KSU jemmen li dan hu dokument ta' politika kruċjali, meta tqis li l-qasam kulturali għandu jieħu l-importanza li jixraqlu ladarba dan jirrifletti l-ħajja ta' nazzjon. Dan id-dokument intbagħat ukoll lill-On. Mario De Marco bħala l-kontribut tal-KSU għall-Abbozz tal-Politika Kulturali Nazzjonali. |





Nhar it-Tlieta 8 ta' Ġunju, ir-Rappreżentanti tal-KSU Karl Agius, Rachel Cassar u Matthew Bonett attendew għal laqgħa ta' konsultazzjoni organizzata mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li fiha kien diskuss l-abbozz tal-Politika Kulturali Nazzjonali.




