• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Il-KSU f'taħditiet mal-EUPA fuq is-sospensjoni tal-fondi tal-UE
Il-Ħamis, 20 ta' Mejju 2010 17:28

Il-KSU llum iltaqa' mal-EUPA (l-Aġenzija tal-Programmi tal-UE) biex jiddiskuti l-kwistjoni tas-sospensjoni tal-fondi tal-Kummissjoni Ewropea għall-programmi Żgħażagħ fl-Azzjoni uTagħlim Tul il-Ħajja.

Il-KSU għadu nkwetat ħafna fuq din is-sitwazzjoni u jemmen li hu inaċċettabbli li l-ebda student mhu se jibbenifika minn dawn l-opportunitajiet.

Il-KSU ġie infurmat mill-EUPA li bħalissa din l-aġenzija qed tevalwa u tikkwantifika l-ispejjeż li kieku kienu se jitħallsu minn dawn il-proġetti. Dan il-proċess għandu jitlesta sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

Barra minn hekk, il-KSU ġie mgħarraf ukoll li l-ġimgħa d-dieħla stess l-istudenti jistgħu jingħataw indikazzjoni dwar jekk hux se jitħallew jieħdu sehem xorta waħda fil-programmi li ġew approvati għalihom, inkluż għall-Erasmus.

Fl-istess waqt, fid-dawl tas-sessjoni tal-eżamijiet li jmiss, li se jibdew f'inqas minn ħmistax oħra, il-KSU jawgura li din is-sitwazzjoni tkun solvuta malajr kemm jista' jkun.

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni