• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Kors fuq iż-Żamma tal-Ikel (Liċenzja B) - Is-Sibt 5 ta' Ġunju 2010
Il-Ħamis, 13 ta' Mejju 2010 17:29

Il-Malta University Consulting Limited se torganizza kors ieħor fuq iż-Żamma tal-Ikel nhar is-Sibt 5 ta' Ġunju - kors ta' 8 sigħat, mifrux fuq jum wieħed, fuq iż-Żamma tal-Ikel b'Riskju Għoli li jwassal għal-Liċenzja B.

Dan il-kors tfassal fid-dawl tal-Att tal-2002 dwar is-Sigurtà tal-Ikel u hu maħsub għal dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tal-ikel. Il-kors joffri tagħrif fuq il-prinċipji marbuta maż-żamma tal-ikel u mal-aspett mikrobijoloġiku kemm għall-impjegati l-ġodda, kif ukoll għal dawk li li jaħdmu diġà f'dan il-qasam.

Il-kors hu ideali wkoll għal dawk l-istudenti li jixtiequ jaħdmu fl-industrija tal-ikel matul is-sajf li ġej!

Sa tmiem il-kors, il-parteċipanti jkollhom:
1. għarfien tal-prinċipji ewlenin marbuta mal-preparazzjoni, maż-żamma u mal-preżentazzjoni sigura tal-ikel
2. għarfien xieraq fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-ikel
3. għarfien fuq l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel

Il-kors ta' hawn fuq se jsir kif ġej:

Data: Is-Sibt 5 ta' Ġunju 2010
Ħin: 0830 - 1630
Post: Ir-Residenza tal-Università, Triq Robert Mifsud Bonnici, Ħal Lija
Prezz: €55, kull persuna

L-ibbukkjar u l-ħlas għandu jsir flimkien mal-formola tal-applikazzjoni indirizzata fl-indirizz t'hawn taħt sa nofsinhar tat-Tnejn 24 ta' Mejju 2010.

Kif tħallas

1. Tista' tibgħat ċekk pagabbli lill-Malta University Consulting Limited u indirizzat lil Joanna Hauge, Malta University Consulting Limited, L-Università l-Qadima, Triq San Pawl, il-Belt Valletta - VLT 1216
2. Tista' tħallas ukoll bi flus kontanti billi tmur direttament fl-indirizz t'hawn fuq (faċċata tal-NSTS); mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-4pm (Staqsi għad-Dipartiment tal-Accounts)

Nota: Il-kors isir jekk ikun hemm numru minimu xieraq ta' applikanti.

Il-Lista tas-Suġġetti

  • Food Poisoning Bacteria
  • How Bacteria act to cause Food borne illness, Microbiological Safety & Food Preservation
  • Hygiene Control: Personal Hygiene, Design and Layout of Food Preparation Area
  • Pest Control, Cleaning and Disinfection
  • Food Hygiene & the Food Safety Act 2002, Hygiene Systems (HACCP)
  • Animal Bi-products (ABP) & EC Regulations 1774 of 2002
  • Revision & Assessment

Il-kors u t-tutur ġew approvati mid-Dipartiment tas-Saħħa u ċ-ċertifikati se jinħarġu skont l-AL178 tal-2001.

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil Joanna Hauge fuq Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni