|
L-Erbgħa, 12 ta' Mejju 2010 20:06 |
|
Get Up Stand Up! qed torganizza sessjoni pubblika ta' informazzjoni minn Andrew Galea Debono, mill-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) fuq is-sitwazzjoni tal-immigranti f'Malta. Din it-taħdita hi ideali għal kull min jixtieq ikun jaf aktar fuq dan is-suġġett.
Fost is-suġġetti diskussi se jkun hemm:
- X'inhuma d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-immigranti?
- Għaliex jiġu f'pajjiżna?
- X'inhi s-sitwazzjoni attwali f'Malta?
Kulħadd hu mħeġġeġ jattendi u jaqsam l-opinjoni tiegħu fuq is-suġġett, ħalli jkun jista' jieħu deċiżjonijiet infurmati sewwa.
Data: L-Erbgħa 19 ta' Mejju 2010 Post: Fis-Sala tal-Università (Common Room) mis-7:00PM - 8:30PM
Paġna fil-Facebook: http://www.facebook.com/event.php?eid=121652211194795 |