• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Il-Fiera Ambjentali tal-KSU 2010
Il-Ħadd, 21 ta' Frar 2010 20:23

Il-Fiera Ambjentali tal-KSU 2010 se ssir bejn it-Tnejn l-1 u l-Ġimgħa 5 ta' Marzu 2010. Fiha se jieħdu sehem aktar minn 30 għaqda. L-għan ta' din il-Fiera hu li permezz tagħha l-istudenti jitgħallmu kif jistgħu jagħmlu d-dinja tagħna isbaħ biex ngħixu fiha, kemm b'modi żgħar kif ukoll b'oħrajn kbar.

Fil-fatt, il-programm hu vast u jmiss diversi aspetti differenti. Il-Fiera tinkludi wirja ta' karozzi li ma jniġġsux l-ambjent, żjarat f'siti ta' interess bħar-Riserva Naturali ta' Wied Għollieqa u żjara fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti. Avvenimenti oħra jinkludu kampanji favur ir-riċiklar, kampanji ta' tindif, kampanji għal tnaqqis fl-użu tal-karozzi u numru ta' dibattiti. Fil-Fiera se jkunu qed jipparteċipaw ukoll kemm kumpaniji privati kif ukoll entitajiet pubbliċi. Il-Fiera se tintemm b'attività ta' Tħawwil ta' Siġar f'Wied Għollieqa. Barra minn hekk, diversi persuni distinti se jkunu qed iżuru u/jew jieħdu sehem fil-Fiera.

F'każ ta' xi mistoqsija, l-istudenti jistgħu jikkuntattjaw lil Karl Agius (77309841 – Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah ) jew lil Andrea Pace (77844592 – Dan l-indirizz elettroniku hu mħares mill-ispam. Irid ikollok il-JavaScript attivat biex tarah ). Din il-Fiera qed tittella' mill-Kumitat Speċifiku għall-Politika Ambjentali tal-KPS.

Niżżel il-Programm

 

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni