• Reset font to default
  • Decrease Size
  • Increase Size

Sħab Kummerċjali

..

Sħab Oħrajn

...
Il-Kampanja "Meta Tilmenta, Takkwista!"
L-Erbgħa, 06 ta' Jannar 2010 19:48

Sentejn ilu l-KSU nieda l-kampanja bil-messaġġ You Complain,You Gain. Il-kampanja tiffoka fuq l-istudenti u tagħtik l-opportunità li tgħidilna dak li qed idejqek. Dis-sena l-KSU ddeċieda li jkabbar il-valur u l-għarfien ta' din il-kampanja billi jagħmel is-sistema aktar aċċessibbli għalik, tkun fejn tkun.

L-ewwel għan tagħna kien li nniedu l-formola You Complain You Gain fuq l-internet. Is-suċċess tagħha kien ċar għax il-kaxxa tal-posta elettronika tagħna mtliet f'temp ta' ġimgħa minn wara t-tnedija tagħha! U għaliex le? Wara kollox il-formola mhix biss sempliċi biex timlieha imma hi wkoll anonima u sakemm l-istudenti ma jtuniex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom, aħna ma nkunux nistgħu nisiru nafuhom.

Il-kwistjonijiet u l-mistoqsijiet kollha tagħkom ikunu segwiti fi żmien jumejn, u bis-saħħa tal-kuntatt li għandna mal-amministrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, leħnek jinstema' u l-maġġoranza tal-każijiet ikunu solvuti matul dik l-istess ġimgħa. It-tieni pass li kien imiss - kif ippjanat u mwiegħed fil-manifest elettorali tagħna - kien li npoġġu diversi kaxxi madwar il-kampus fejn tista' titfa' l-ilmenti tiegħek. Kif forsi nnutajt diġà, għandna 4 kaxxi li jidhru sewwa madwar il-kampus. Dawn qegħdin:

  • f'Dar l-Istudenti
  • fil-Blokk tas-Servizzi tal-IT
  • fir-reception ta' Bieb l-Università (Gateway)
  • fil-blokk tal-Istudji Umanistiċi

Il-formola tal-ilment tista' tniżżilha u tipprintjaha minn hawn jew tiġi għaliha mill-uffiċċju tagħna. Għal darb'oħra, l-ebda dettalji personali ma jiġu mistoqsija lilek, madankollu jekk tkun tixtieq tara x'ġara mill-ilment tiegħek, trid ittina xi mezz fejn nistgħu nikkomunikaw miegħek.

 
  • Maltese - Malta
  • English (United Kingdom)

Is-Servizzi

Parkeġġ fil-Kampus Ibbukjar Ħlas bl-Ismart Card Ilmenti Kiri tat-Togi Akkomodazzjoni