|
L-Għaqda Studenti tat-Teologija (GħST) twaqqfet fis-6 ta' Novembru 1945, bl-isem ta' "Royal University Students' Theology Association" (RUSTA). L-Għaqda hadet l-isem li ghandha issa fl-1978, wara li l-Fakulta' tat-Teologija ma baqghetx tifforma parti mill-Universita' minhabba riformi li kienu saru. Il-Fakulta' regghet lura l-Universita' fl-1988. Tul iz-zmien li l-Fakulta' ghamlet barra mill-Universita', l-GhST dejjem esprimiet ix-xewqa profonda li l-Fakulta' terga' ssir parti integrali mill-Universita'. kif inhi llum.
L-ghanijiet ta' l-Għaqda huma li:
- tirrapprezenta lill-membri taghha ma' l-awtoritajiet Universitarji,
- tiggwida l-membri taghha fl-gharfien tas-sinjali attwali taz-zminijiet fl-ambjent Malti fid-dawl ta' Alla,
- tghin lill-istudenti Universitarji fil-mixja tal-fidi taghhom fis-socjeta' ta' llum, permezz tat-Teologija,
- taghti wkoll il-kontribut nisrani taghha fl-izvilupp tal-kultura f'pajjizna.
President: Brian Gialanze' E-mail:
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
Website: ghstmalta.org
|